-->

Drittijiet tal-Bniedem

Il-valuri tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma inkorporati fit-Trattati tal-UE.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Ir-rivalità bejn l-awtokrazija u d-demokrazija qed issawwar il-pajsaġġ ġeostrateġiku tas-seklu 21. L-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli jinsab taħt pressjoni dejjem akbar, u l-Ewropa qed tfeġġ bħala difensur tal-multilateraliżmu kooperattiv, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-valuri demokratiċi. L-Istati awtoritarji se jkomplu jdgħajfu dejjem aktar il-prinċipji demokratiċi fundamentali bħalma huma l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.