-->

Affarijiet Barranin

L-UE hija attur globali u l-baġit il-ġdid propost tal-UE għall-perjodu 2021-2027 jantiċipa żieda konsiderevoli fil-finanzjament għall-azzjoni esterna, għal total ta’ madwar EUR 123 biljun. Ir-rapporti tagħna f’dan il-qasam jeżaminaw l-infiq f’pajjiżi speċifiċi u janalizzaw kwistjonijiet trażversali.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. L-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli jinsab taħt pressjoni dejjem akbar, u l-Ewropa qed tfeġġ bħala difensur tal-multilateraliżmu kooperattiv, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri liberali. Ħafna esperti jipprevedu li r-rivalità bejn l-awtokrazija u d-demokrazija se ssawwar il-pajsaġġ ġeostrateġiku tas-seklu 21. L-Istati awtoritarji se jfittxu dejjem aktar li jdgħajfu l-prinċipji demokratiċi fundamentali bħalma huma l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.