-->

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

 

Ir-rapporti tagħna ffukaw fuq għadd ta’ kwistjonijiet fil-qasam tal-ħolqien tal-impjiegi u l-ġustizzja soċjali.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Is-suq tax-xogħol fl-UE qed jiffaċċja problemi minħabba aġġustamenti preċedenti, inkluż il-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ; l-impjiegi ta’ kwalità baxxa, part-time u temporanji; u l-impatt tal-bidliet demografiċi u tal-migrazzjoni. L-avvanzi fit-teknoloġija jirrikjedu ħiliet ġodda, u n-nuqqas ta’ ħiliet tekniċi fost il-ħaddiema huwa problema li qed tikber fl-Ewropa, speċjalment fil-ġenerazzjonijiet medji u f’dawk li huma akbar fl-età. Fl-istess ħin, sal-2020, aktar minn nofs il-forza tax-xogħol se tkun saret aktar konnessa u mobbli.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.