-->

Żvilupp

 

L-Unjoni Ewropea hija l-akbar donatur ta’ għajnuna fid-dinja. Ir-rapporti tal-awditjar tagħna eżaminaw l-infiq f’pajjiżi speċifiċi u analizzaw kwistjonijiet trażversali.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Attwalment, il-blokk tal-Punent jinsab f’fażi ta’ tnaqqis relattiv, filwaqt li pajjiżi oħra, bħaċ-Ċina u l-Indja, qed ikollhom rwol dejjem akbar fil-politika internazzjonali, u qed jinfluwenzaw il-politiki globali dwar l-enerġija, il-klima, is-sigurtà, il-kummerċ u l-iżvilupp. L-istabbiltà u l-iżvilupp ekonomiku huma essenzjali biex titnaqqas il-pressjoni migratorja mill-Afrika lejn l-Ewropa, u din hija raġuni waħda għalfejn il-politika tal-UE għandha l-għan li tnaqqas it-tensjonijiet kemm fi ħdan l-Istati Afrikani kif ukoll bejniethom. Fl-istess ħin, it-tfaċċar ta’ atturi ġodda qed jhedded ir-rwol ekonomiku tradizzjonali tal-UE f’din iż-żona ġeografika.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.