-->

Petizzjonijiet

Il-Parlament Ewropew għandu rwol essenzjali billi jgħin biex jiġu identifikati problemi bl-implimentazzjoni nazzjonali tad-dritt tal-UE u t-tħassib li jkollhom iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE inġenerali. Filwaqt li, fil-biċċa l-kbira, l-awditi tagħna jivverifikaw jekk l-Istati Membri jkunux qed jikkonformaw mad-dritt tal-UE bħala kundizzjoni biex jirċievu pagamenti mill-baġit tal-UE, aħna nistgħu neżaminaw ukoll kif il-Kummissjoni twettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha u tagħti rendikont fir-rigward tagħhom.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Qed isiru dejjem aktar talbiet biex, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-gvernijiet u mill-pubbliku, ikun hemm trasparenza u parteċipazzjoni. Il-midja soċjali ħolqot forom ġodda ta’ dibattitu politiku. Il-gvernijiet ipprovdew mezzi formali online biex iċ-ċittadini jirrappurtaw il-kriminalità, jikkummentaw dwar il-politika, jew iressqu petizzjonijiet għal tibdil. Il-Gvern-e qed isir kwistjoni trażversali li twassal għal trasformazzjoni u li tappoġġa l-kapaċità tal-gvernijiet li jwasslu s-servizzi.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.