-->

Affarijiet Legali

L-Unjoni tagħna hija mibnija fuq sett ta’ valuri komuni u fuq l-istat tad-dritt. Aħna u l-Parlament nemmnu li l-mekkaniżmi eżistenti fil-livell tal-UE għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-UE u l-finanzjament mill-UE jimxu id f’id. Leġiżlazzjoni aħjar u effiċjenza akbar, kif ukoll valur għall-flus fit-twettiq tal-politika u tal-programm jikkostitwixxu żewġ naħat tal-istess munita.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Fis-snin li ġejjin, aħna nistennew li l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament u l-Kunsill ikomplu japplikaw il-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE. Fl-istess ħin, teknoloġiji ġodda u l-progress xjentifiku se joħolqu mistoqsijiet legali, etiċi u soċjali għal dawk li jfasslu l-politika. Bil-progress li qed isir fl-intelliġenza artifiċjali u fl-editjar tal-ġenoma, l-għadd ta’ dilemmi etiċi se jiżdied u l-qafas legali mhux dejjem ikun jista’ jżomm il-pass. Iż-żieda fl-użu tal-analitika tad-data se toħloq tensjoni għall-oqfsa legali u regolatorji.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.