-->

Affarijiet Kostituzzjonali

It-tħassib tal-Kumitat AFCO dwar l-aspetti istituzzjonali tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea u x-xogħol tagħna stess rigward il-governanza finanzjarja tal-UE jistgħu jitqiesu bħala komplementari.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Iż-żieda fit-trasparenza tal-prestazzjoni tal-gvernijiet li saret possibbli bil-proliferazzjoni tal-midja online, flimkien mal-innovazzjoni u l-valur aħjar għall-flus li n-nies qed jaraw f’oqsma oħra ta’ ħajjithom, ikomplu jżidu l-aspettattivi tas-servizzi pubbliċi. Iż-żieda fl-aspettattiva ta’ trasparenza mill-gvernijiet u mill-UE hija partikolarment diffikultuża minħabba d-distanza perċepita bejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.