-->

Sajd

L-għan primarju tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE huwa li tiżgura li s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli ambjentalment, ekonomikament u soċjalment fuq terminu twil.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. L-oċeani u l-ibħra huma riżorsa naturali ewlenija, iżda s-sostenibbiltà ekoloġika tagħhom tinsab f’riskju minħabba t-tniġġis, is-sajd insostenibbli u illegali, u t-tfixkil tal-ekosistemi minħabba t-tibdil fil-klima.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.