-->

Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija wieħed mill-valuri fundamentali minquxa fit-Trattati tal-UE. Il-kisba tagħha huwa wieħed mill-objettivi tal-UE. It-titjib fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri se jiġġenera tkabbir ekonomiku għall-UE u se jkun ta’ benefiċċju għall-individwi u għas-soċjetà.

Il-Parlament ħa pożizzjoni soda favur l-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li appella biex l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jiġu inkorporati u implimentati fil-QFP li jmiss. L-għan tagħna se jkun li nipprovdu kontribut kritiku dwar kwistjonijiet relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u mal-baġit tal-UE, u nenfasizzaw it-tagħlimiet li se jinsiltu dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Filwaqt li jidher li hemm fehim ħafna aħjar dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll fokus akbar f’dan ir-rigward, għad hemm riskju li l-kwistjonijiet relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom mnejn ma jiġux sistematikament integrati fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-UE. Disparitajiet persistenti bejn il-ġeneri f’dak li jirrigwarda l-livelli edukattivi milħuqa, il-paga, ir-rati ta’ attività fis-suq tax-xogħol u l-provvediment ta’ impjieg mingħajr ħlas se jxekklu l-ksib ta’ soċjetà aktar ekwa u innovattiva.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.