F’Diċembru 2002 il-Presidenti tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (SAIs) tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, Ċipru, Malta, it-Turkija u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri qablu li kien ikun aħjar li tiġi esplorata l-fattibbiltà li titħejja Linja Gwida komprensiva u dettaljata dwar l-Awditjar ta’ Kwalità għal diskussjoni fost il-partijiet interessati, inkluż il-Kumitat ta’ Kuntatt. Grupp ta’ Esperti ġie mitlub iħejji din it-tip ta’ linja gwida bl-għajnuna tas-SAIs u s-SIGMA kollha interessati.
Fl-2004 l-Grupp ta’ Esperti ffinalizza l-Linji Gwida u ppreżentahom lill-Presidenti tas-SAIs tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, Ċipru, Malta, it-Turkija u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll lill-Kumitat ta’ Kuntatt.
Barra minn dan, il-Grupp ta’ Esperti ħoloq Database Elettronika fuq il-Kwalità tal-Awditjar, li hija aċċessibbli fuq l-Intranet tas-SAIs (CIRCA), u hija aġġornata mill-inqas kull sitt xhur mill-membri ta’ qabel tal-Grupp ta’ Esperti. Il-Grupp ta’ Esperti kkonkluda l-mandat tiegħu fl-2007.
Għal aktar informazzjoni kkuntattja
lis-Sur Brian Vella, L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta
(brian.vella@gov.mt)
lis-Sur Jacek Mazur, L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tal-Polonja
(jacek.mazur@nik.gov.pl)
Rapporti Relatati: