​ 
Fl-2013, il-Kumitat ta' Kuntatt iddeċieda li jistabbilixxi task force sabiex jimmonitorja mill-qrib il-proċess imniedi mill-Kummissjoni Ewropea għall-iżvilupp ta' standards tal-kontabbiltà għas-Settur Pubbliku Ewropew (EPSAS). It-task force għandha l-mandat li jkollha rwol attiv fit-task forces stabbiliti mill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet ta' Governanza u Standards tal-EPSAS, u li tirrapporta lill-Kumitat ta' Kuntatt. Barra minn hekk, hija timmonitorja l-iżviluppi korrispondenti fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, tikkollega notevolment mal-ministeri nazzjonali tal-finanzi, u tipprovdi input għat-task forces dwar l-EPSAS stabbiliti mill-Kummissjoni.
 
 
Persuni ta' kuntatt:
 
Lionel Vareille (SAI ta' Franza), (lvareille@ccomptes.fr)
 
Nadja Pässler (SAI tal-Ġermanja), (nadja.paessler@brh.bund.de​)