No

Oriġinarjament imwaqqaf bħala Grupp ta’ Ħidma għal Pajjiżi Kandidati biex jippromwovi u jiffaċilita kooperazzjoni fuq skala żgħira, prattika u diretta bejn is-SAIs tal-Pajjiżi Kandidati u dawk tal-Istati Membri tal-UE, il-Grupp Konġunt ta’ Ħidma dwar Attivitajiet tal-Awditjar (JWGAA) (b’isem ġdid) ġie stabbilit fl-2002.

Il-Kumitat ta’ Kuntatt tal-2004 kkonferma l-JWGAA bħala element ewlieni tal-qafas tat-tkabbir tal-UE ta’ wara Mejju 2004, b’mandat li jikkontribwixxi għaż-żamma tar-rabtiet ta’ ħidma u l-kooperazzjoni bejn is-SAIs tal-Kumitat ta’ Kuntatt u n-Netwerk tal-Presidenti (pajjiżi kandidati u dawk potenzjalment kandidati).

Il-JWGAA jappoġġa attivitajiet tan-Netwerk tal-Presidenti billi jipprovdi pariri u appoġġ professjonali, organizzazzjonali u tekniċi. Huwa jagħti rapport annwali lill-Kumitat ta’ Kuntatt dwar il-livell u n-natura tal-attivitajiet kollha tal-awditjar fuq skala żgħira.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil:

Dragos Budulac, Il-Qorti tal-Awditjar Rumena,

(dragos.budulac@rcc.ro)

Isabelle Berglund, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar Svediż

(isabelle.berglund@riksrevisionen.se)

Rapporti Relatati:​​