Wara r-riforma tal-PAK fl-2004, minħabba l-inċertezzi dwar kif il-politika ġdida kienet se tiġi implimentata, u l-kumplessitajiet mistennija, inħtieġet analiżi tal-approċċi tal-awditjar eżistenti. F’dan il-kuntest, il-Kumitat ta’ Kuntatt approva l-ħolqien ta’ netwerk ta’ informazzjoni bejn dawk direttament interessati fis-suġġett, fuq bażi informali. L-objettiv tan-Netwerk huwa l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-SAIs nazzjonali u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jippermetti lill-parteċipanti jiksbu fehma aħjar tal-politika l-ġdida u tal-approċċi tal-awditjar meħtieġa.
In-Netwerk organizza seminar fl-2006. Wara stħarriġ fl-2010 l-parteċipanti esprimew ix-xewqa li jżommu n-Netwerk u li jiżviluppawh. B’riżultat ta’ dan, avveniment ta’ taħriġ konġunt tal-Kumitat ta’ Kuntatt u tal-EUROSAI sar f’Ottubru 2010 fi Praga.
 
Għal aktar informazzjoni kkuntattja
 
lis-Sur Michal Machowski, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (michal.machowski@eca.europa.eu)
 
 
Avveniment ta’ Taħriġ Konġunt tal-Kumitat ta’ Kuntatt u tal-EUROSAI – Esperjenza bl-iżvilupp u t-twettiq tal-awditi tal-PAK