No

Il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Kuntatt f’Varsavja fil-11 u fit-12 ta’ Diċembru 2006 
 
 
 
Il-laqgħa annwali tal-Kumitat ta’ Kuntatt bejn il-Kapijiet tas-SAIs tal-UE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri kienet ospitata mis-SAI tal-Polonja, u ppreseduta mill-President tal-Kamra Suprema tal-Kontroll, is-Sur Miros³aw Seku³a. Il-Kapijiet tas-SAIs tal-Pajji¿i Kandidati tal-Bulgarija, tal-Kroazja, tar-Rumanija u tat-Turkija, kif ukoll rappre¿entanti mill-IDI, il-Kumitat ta’ Taħriġ tal-EUROSAI, u mis-SIGMA, attendew bħala osservaturi attivi.
 
Il-programm għal-laqgħa kien jinkludi seminar intitolat “Supreme Audit Institutions' Contribution to the Improvement of Accountability of EU funds” (Il-Kontribut tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar għat-Titjib tal-Obbligu ta’ Rendikont għall-fondi tal-UE).
 
Il-kelliema mistiedna kienu s-Sur Siim Kallas, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, u s-Sur Szabolcs Fazakas, il-President tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.
 
Il-parteċipanti ddiskutew, fost affarijiet oħra, l-i¿viluppi li kienu qegħdin iseħħu fil-qasam tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali, il-vantaġġi ta’ u x-xkiel għal kuntatti diretti bejn l-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea, il-possibbiltà li jiġu ¿viluppati standards komuni ta’ metodoloġija u tal-awditjar, u l-vantaġġi ta’ u xkiel għal kooperazzjoni bejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali matul ¿jarat tal-awditjar tal-QEA fl-Istati Membri.
 
Il-Kapijiet tas-SAIs ddiskutew ukoll dwar kif tista’ tissaħħaħ il-kooperazzjoni u e¿aminat ir-ri¿ultati ta’ xogħol il-gruppi ta’ ħidma li jkopru oqsma speċifiċi ta’ ġestjoni tal-fondi tal-UE: l-akkwist pubbliku, it-taxxa fuq il-valur mi¿jud, l-agrikoltura, il-Fondi Strutturali, ir-rapporti tas-SAIs nazzjonali dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-UE, u l-kwalità tal-awditjar. Barra minn hekk, ġew ippre¿entati r-ri¿ultati tal-kooperazzjoni bejn is-SAIs tal-Pajji¿i Kandidati u dawk Potenzjalment Kandidati.