No
​ 
Il-laqgħa annwali tal-Kumitat ta’ Kuntatt saret f’Budapest bejn it-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2009

Fl-2009 l-Uffiċċju Statali tal-Verifika tal-Ungerija ospita l-laqgħa annwali tan-netwerk għall-kooperazzjoni professjonali kkostitwit mill-Kapijiet tas-SAIs tal-Istati Membri u l-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-Kapijiet tas-SAIs tal-Pajjiżi Kandidati tal-UE (it-Turkija, il-Kroazja u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja), kif ukoll rappreżentanti tal-EUROSAI, tal-Inizjattiva għall-Iżvilupp tal-INTOSAI u s-SIGMA, attendew bħala osservaturi attivi.
 
Bħala parti mill-programm professjonali, fi ħdan il-qafas ta’ seminar ta’ nofs ġurnata, il-parteċipanti ddiskutew il-kwistjoni tar-rwol ta’ SAI li tgħin fil-miżuri tal-gvern b’reazzjoni għall-kriżi ekonomika finanzjarja. Ikkonkludew li l-biċċa l-kbira tal-SAIs irreaġixxew malajr, aġġornaw il-pjanijiet ta’ verifika tagħhom mas-sitwazzjoni l-ġdida u qiegħdu l-verifika tal-miżuri għall-ġestjoni tal-kriżi fiċ-ċentru tal-attivitajiet tagħhom. Fl-istess ħin l-attivitajiet speċifiċi li jitwettqu mis-SAIs individwali jvarjaw minn pajjiż għal pajjiż skont it-tip u l-ambitu tal-miżuri tal-gvern għal kontra l-kriżi u skont il-mandat legali tas-SAI.
 
Barra minn hekk, ġew ippreżentati kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE li qed ikollhom impatt fuq il-ħidma tas-SAIs - dawn irriżultaw mit-Trattat ta’ Liżbona li ġie adottat dan l-aħħar u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. Il-parteċipanti kellhom ukoll dibattitu qawwi dwar l-indipendenza tas-SAIs. B’konsegwenza, ġiet abbozzata dikjarazzjoni mill-Kumitat ta’ Kuntatt bil għan li tħeġġeġ l-istituzzjonijiet tal-UE u l-parlamenti tal-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha biex jippreżervaw u jiżguraw is-salvagwardjar tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet supremi tal-verifika kif previst fid-Dikjarazzjonijiet ta’ Lima u tal-Messiku u fit-Trattat ta’ Liżbona.
 
Il-parteċipanti ddiskutew ukoll ir-rapporti relatati mal-UE li kienu ppreżentati mis-SAIs tal-Istati Membri dwar il-verifika fuq iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u fuq is-sistemi tal-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u tal-Koeżjoni; l-attivitajiet tal-gruppi ta’ ħidma tal-Kumitat ta’ Kuntatt u tan-Netwerk tas-SAIs tal-Pajjiżi Kandidati u l-Pajjiżi Kandidati Potenzjali; l-attivitajiet attwali u tal-ġejjieni tal-qafas għall-koperazzjoni; kif ukoll il-kwistjonijiet organizzazzjonali tal-koperazzjoni.