No
Il-Kapijiet tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (SAIs) tas-27 Stat Membru tal-UE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) iltaqgħu fil-Lussemburgu fit-13 u fl-14 ta’ Ottubru 2011.
 
 
Il-laqgħa annwali tal-2011 tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Kapijiet tas-SAIs tal-UE u l-QEA, saret fil-bini tal-QEA fit-13 u l-14 ta’ Ottubru 2011. Għal-laqgħa attendew aktar minn 80 delegat mis-SAIs tal-UE u tal-QEA, kif ukoll is-SAIs tal-erba’ pajjiżi kandidati (il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda u t-Turkija) kif ukoll rappreżentati mill-EUROSAI u s-SIGMA.
 
Il-fowkus prinċipali tal-laqgħa kien seminar dwar l-impatt għas-SAIs tal-UE u l-QEA tas-Semestru Ewropew u żviluppi riċenti oħra fil-governanza ekonomika tal-UE, inklużi r-regolament u s-sorveljanza tas-sistemi u l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-għajnuna mill-istat lis-settur finanzjarju u l-verifika tal-mekkaniżmi tal-ġestjoni tal-kriżi tal-euro.
 
Is-seminar fetaħ bi tliet kelliema mistiedna distinti li, fil-funzjonijiet rispettivi tagħhom, kienu involuti ħafna fl-isforz konġunt tal-UE biex tingħeleb il-kriżi ekonomika: Olli Rehn, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; Vítor Constâncio, il-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew; u Luc Frieden, il-Ministru għall-Finanzi tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
 
Id-diskussjonijiet li rriżultaw wasslu lill-Kumitat ta’ Kuntatt għall-adozzjoni ta’ dikjarazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll il-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE. Il-Kumitat ta’ Kuntatt adotta wkoll riżoluzzjoni li tirrikonoxxi s-sejħa tas-SAIs għall-pajjiżi taż-żona tal-euro għall-għoti ta’ verifika pubblika esterna adegwata tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà