Il-Kumitat ta' Kuntatt huwa assemblea awtonoma, indipendenti u mhux politika tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar (SAIs) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Huwa jipprovdi forum biex jiġu diskussi u indirizzati kwistjonijiet ta' interess komuni li huma relatati mal-UE.
F'dan il-kuntest, il-Kumitat ta' Kuntatt jimpenja lilu nnifsu biex:
Billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-membri tiegħu, il-Kumitat ta' Kuntatt jikkontribwixxi għal awditjar estern u obbligu ta' rendikont effettivi fl-UE, u jgħin fit-titjib tal-ġestjoni finanzjarja u l-governanza tajba tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħha.