Karta tad-Drittijiet Fundamentali

Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali huwa dritt fundamentali u wieħed mill-valuri ċentrali tal-Unjoni Ewropea (“UE”). Huwa minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali(opens in new window) (il-“Karta”). Skont il-Karta, kull persuna għandha jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha (l-Artikolu 8(1)).

Il-Karta saret legalment vinkolanti bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, li ta lill-Karta l-istess valur legali bħat-trattati kostituzzjonali tal-UE.

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(opens in new window) (“TFUE”) jipprevedi li kull persuna għandha dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha. L-UE hija unika billi tipprovdi obbligu kostituzzjonali li jiġu stabbiliti regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta’ data personali.

Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data 

Ir-Regolament (UE) 2018/1725(opens in new window) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001(opens in new window) u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE(opens in new window) (“EUDPR”).

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Regoli Interni

  1. Restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data

    Id-Deċiżjoni Nru 42/2021(opens in new window) tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tadotta regoli interni dwar restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-attivitajiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

  2. Regoli ta’ implimentazzjoni tal-UPD

    Id-Deċiżjoni Nru 11/2024 li tadotta regli ta’ implimentazzjoni dwar l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 45(3) EUDPR.

Referenzi relevanti oħra rigward il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali

  • Ir-Regolament (UE) 2016/679(opens in new window) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jew “GDPR”).

  • Id-Direttiva (UE) 2016/680(opens in new window) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (id-“Direttiva LED”).

  • Id-Direttiva 2002/58/KE(opens in new window) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (“Direttiva dwar l-e-Privatezza”)

  • Il-Konvenzjoni Ewropea(opens in new window) għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u b’mod partikolari l-Artikolu 8, li jqis li l-għan tal-Kunsill tal-Ewropa huwa li jirrikonoxxi, iżomm u jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bħad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata.

  • Il-Konvenzjoni 108(opens in new window) tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Fl-2018, il-Kunsill tal-Ewropa mmodernizza l-konvenzjoni, billi adotta l-Konvenzjoni 108+(opens in new window). ​