Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb;Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5
-->
Rapport Speċjali Nru 11/2015: Il‑Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is‑Sajd huma mmaniġġjati tajjeb mill‑Kummissjoni?

Maltese icpdf.png 3 MB
20/10/2015

L‑Unjoni Ewropea (UE) tinnegozja ftehimiet ma’ pajjiżi kostali biex tikseb drittijiet ta’ aċċess għall‑bastimenti tal‑UE u biex tappoġġa l‑governanza u l‑iżvilupp sostenibbli tas‑settur tas‑sajd lokali. Il‑Qorti sabet li dawn il‑ftehimiet kienu ġeneralment immaniġġjati tajjeb mill‑Kummissjoni Ewropea, iżda li kien meħtieġ xi titjib. Il‑kwantitajiet ta’ ħut innegozjati mal‑pajjiżi kostali kienu jaqbżu regolarment l‑użu reali li kien isir mill‑flotta tal‑UE, u b’hekk kienu jagħmlu l‑ftehimiet relattivament aktar għaljin milli mistenni għall‑UE. Il‑monitoraġġ tad‑data dwar il‑qabdiet u tal‑proċess ta’ ħruġ tal‑liċenzji ma kienx robust b’mod suffiċjenti, u l‑appoġġ ipprovdut għall‑iżvilupp sostenibbli tas‑setturi tas‑sajd lokali kien jeħtieġ kundizzjonijiet aktar ċari ta’ eliġibbiltà, u koordinazzjoni u konsistenza aħjar ma’ appoġġ ieħor tal‑UE għall‑iżvilupp.