Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 13/2018: Il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu: il-Kummissjoni indirizzat il-ħtiġijiet tal-Istati Membri, iżda hemm xi nuqqasijiet fil-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni

Maltese icpdf.png 3 MB
29/05/2018

Ir-radikalizzazzjoni hija l-fenomenu ta’ persuni li jħaddnu ideat li jistgħu jwassluhom biex iwettqu atti ta’ terroriżmu. Il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra r-radikalizzazzjoni, pereżempju permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin. Biex tagħmel dan hija tibbaża fuq firxa wiesgħa ta’ fondi tal-UE. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni mmaniġġjatx tajjeb l-appoġġ li tat. Sibna li hija indirizzat il-ħtiġijiet tal-Istati Membri u ppromwoviet il-kooperazzjoni permezz ta’ inizjattivi rilevanti bħan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni. Madankollu, kien hemm xi nuqqasijiet fil-mod ġenerali kif il-Kummissjoni kkoordinat l-azzjonijiet li jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni u fil-qafas li użat għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-appoġġ li tat. Aħna, għalhekk, nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex il-Kummissjoni ttejjeb il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tagħha sabiex tkun tista’ tagħmel l-aħjar użu mis-sinerġiji potenzjali, kif ukoll biex ittejjeb il-qafas għall-valutazzjoni tar-riżultati.