Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 04/2019: Għalkemm sar titjib fis-sistema ta' kontroll għal prodotti organiċi, għad fadal ċerti sfidi

Maltese icpdf.png 2 MB
14/03/2019

Sa mill-1991, l-UE kellha implimentata sistema ta’ kontroll li tirregola l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-importazzjoni ta’ prodotti organiċi. L-għan ta’ din is-sistema huwa li tagħti lill-konsumaturi l-fiduċja li r-regoli organiċi jkunu qed jiġu applikati f’kull stadju tal-katina ta’ provvista. Is-settur organiku tal-UE żviluppa b’mod rapidu matul dawn l-aħħar snin. B’segwitu għar-Rapport Speċjali Nru 9/2012 li ppubblikajna f’Ġunju 2012, aħna sibna li kien sar titjib fis-sistema ta’ kontroll. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna ġeneralment kienu ġew implimentati, iżda għad fadal ċerti sfidi. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet li identifikajna li fadal fl-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-prodotti tal-UE, biex isir titjib fis-superviżjoni tal-prodotti organiċi importati permezz ta’ kooperazzjoni aħjar, kif ukoll biex jitwettqu kontrolli ta’ traċċabbiltà aktar kompleti.