Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 13/2019: L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib

Maltese icpdf.png 2 MB
19/07/2019

F’dan ir-rapport speċjali, aħna eżaminajna jekk l-oqfsa etiċi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill Ewropew, kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea, kinux stabbiliti tajjeb. Aħna eżaminajna l-persunal fil-livelli kollha u l-Membri, u analizzajna s-sensibilizzazzjoni tal-persunal tal-istituzzjonijiet dwar il-qafas etiku permezz ta’ stħarriġ. L-implimentazzjoni tal-oqfsa etiċi fl-istituzzjonijiet li ġew awditjati ma kinitx tifforma parti mill-awditu.

Aħna kkonkludejna li, fil-biċċa l-kbira, l-istituzzjonijiet li ġew awditjati stabbilew oqfsa etiċi adegwati, iżda hemm lok għal titjib. Aħna sibna li ma hemmx qafas etiku komuni tal-UE li jirregola x-xogħol tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill.

L-awditu tagħna identifika wkoll xi dgħufijiet u oqsma fl-oqfsa etiċi li jeħtieġ li jiġu armonizzati, kif ukoll eżempji ta’ prattiki tajbin. L-istituzzjonijiet awditjati għandhom itejbu l-oqfsa etiċi tagħhom, jaħdmu flimkien biex jarmonizzawhom u jagħmlu sforzi ulterjuri biex jikkondividu prattiki tajbin dwar kwistjonijiet etiċi, kif ukoll itejbu s-sensibilizzazzjoni u l-perċezzjoni tal-persunal dwar il-qafas etiku u l-kultura etika.