Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 22/2019: Ir-rekwiżiti tal-UE għall-oqfsa baġitarji nazzjonali: jeħtieġ li jissaħħu aktar u l-applikazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata aħjar

Maltese icpdf.png 2 MB
04/12/2019

Dan ir-rapport jivvaluta jekk l-azzjonijiet li l-Kummissjoni ħadet wara l-kriżi għat-tisħiħ tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri tal-UE kinux kisbu r-riżultati intenzjonati. L-azzjoni leġiżlattiva tal-UE pprovdiet l-impetu, madankollu, hemm lok għal titjib fir-rigward tal-qafas legali u sa issa l-Kummissjoni għandha biss aċċertament limitat li l-Istati Membri qed japplikaw ir-rekwiżiti tal-UE b’mod xieraq. Barra minn hekk, hemm riskju ta’ diverġenzi bejn il-valutazzjoni tal-Kummissjoni u dik tal-Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità tal-pjanijiet fiskali nazzjonali annwali u ta’ terminu medju mar-regoli fiskali tal-UE, li jistgħu jnaqqsu l-effettività tal-qafas fiskali tal-UE. Fl-aħħar nett, l-effettività tal-Bord Fiskali Ewropew hija limitata mill-istruttura istituzzjonali attwali tiegħu u mill-fatt li l-Kummissjoni tista’ tinjora l-pariri tiegħu mingħajr ma tipprovdi spjegazzjoni xierqa.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE