Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
3 MB
12/12/2019
L-appoġġ baġitarju huwa forma ta’ għajnuna li tingħata mill-UE u li tinvolvi ttrasferiment
ta’ fondi lit-Teżor nazzjonali ta’ pajjiż sieħeb, suġġett għallkonformità
ta’ dak il-pajjiż mal-kundizzjonijiet maqbula għall-pagament. Ilpagamenti
relatati mal-appoġġ baġitarju jsiru fil-forma ta’ segmenti fissi jew
segmenti varjabbli. L-ammonti mħallsa minn segmenti varjabbli jiddependu
fuq il-prestazzjoni miksuba mill-pajjiżi sħab, li titkejjel permezz ta’ indikaturi
tal-prestazzjoni predefiniti. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx użat
data rilevanti u affidabbli dwar il-prestazzjoni għall-iżborż ta' segmenti
varjabbli tal-appoġġ baġitarju. Aħna nikkonkludu li terz tal-indikaturi talprestazzjoni
li ġew irrieżaminati kellhom dgħufijiet minħabba l-mod kif
tfasslu, li setgħu jwasslu għal interpretazzjonijiet differenti dwar jekk il-miri
kinux intlaħqu. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk
kinux inkisbu l-indikaturi tas-segmenti varjabbli mhux dejjem kienet
affidabbli. Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet bl-għan li tittejjeb
il-formulazzjoni tal-indikaturi, jiżdied l-użu tal-indikaturi tal-eżitu u tittejjeb ilverifikazzjoni
tad-data dwar il-prestazzjoni li tintuża għall-iżborż ta’ segmenti
varjabbli.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.