Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 09/2020: In-netwerk ewlieni tat-toroq tal-UE: ħinijiet tal-ivvjaġġar iqsar, iżda n-netwerk għadu mhuwiex kompletament funzjonali

Maltese icpdf.png 4 MB
21/04/2020

It-toroq għandhom rwol sinifikanti f’dak li jirrigwarda t-trasport tal-UE, billi huma jirrappreżentaw l-akbar sehem tat-traffiku tal-passiġġieri u ta’ dak tal-merkanzija. Aħna vvalutajna l-progress li sar lejn l-ilħuq tal-objettiv tal-UE relatat mat-tlestija ta’ netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T li jiffunzjona kompletament, kif ukoll ir-rwol tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Aħna sibna li l-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T, li ġie appoġġat permezz tal-finanzjament mill-UE u l-azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni, qed jagħmel progress u b’hekk qed jinkisbu riżultati għal dawk li jivvjaġġaw fuq in-netwerk Madankollu, ċerti fatturi ewlenin qed ifixklu l-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tipprijoritizza l-investiment fin-network ewlieni, ittejjeb l-arranġamenti ta’ monitoraġġ tagħha u ssaħħaħ l-approċċ tagħha għall-manutenzjoni.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.