Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 14/2020: L-għajnuna għall-iżvilupp li tingħata mill-UE lill-Kenja

Maltese icpdf.png 2 MB
08/09/2020

F’dan l-awditu, aħna eżaminajna l-użu tal-għajnuna għall-iżvilupp li ngħatat lill-Kenja permezz tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ), li jirrappreżentaw is-sors prinċipali ta’ finanzjament mill-UE għal dan il-pajjiż. Il-Kenja rċeviet EUR 435 miljun mill-FEŻ għall-perjodu 2014-2020. Aħna eżaminajna l-proċess għall-allokazzjoni tal-għajnuna li tingħata mill-FEŻ u sibna li huwa ma ppermettiex li l-għajnuna tkun marbuta mal-prestazzjoni, il-governanza u l-impenn għar-riformi strutturali min-naħa tal-pajjiżi. Aħna sibna lil-għajnuna kienet mifruxa fost ħafna oqsma u li l-Kummissjoni makinitx spjegat kif u għalfejn is-setturi appoġġati jkunu jassistu l-aktar lill-Kenja biex tnaqqas il-faqar. Għalkemm b’mod ġenerali l-proġetti awditjati wasslu l-outputs u l-eżiti mistennija tagħhom, l-impatt tagħhom fuq l-iżvilupp kumplessiv tal-pajjiż kien għadu ma ġiex iddimostrat. Aħna nirrakkomandaw li jerġa’ jitqies l-approċċgħall-allokazzjoni tal-għajnuna li tingħata lill-pajjiżi AKP fuq il-bażitax-xogħol li wettaqna fil-Kenja. Nirrakkomandaw ukoll li jiġuprijoritizzati ċerti setturi fil-Kenja filwaqt li tingħata attenzjonipartikolari biex l-għajnuna tiġi ffukata fuq il-kisba ta’ riżultati.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.