Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
5 MB
22/09/2020
Id-diġitalizzazzjoni hija assoċjata ma’ prestazzjoni aħjar tan-negozju, iżda n-negozji tal-UE mhumiex
qed jieħdu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji avvanzati biex jinnovaw. Fl-2016, il-Kummissjoni nediet linizjattiva
dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea, li kellha l-għan li tirrinforza lkompetittività
tal-UE fit-teknoloġiji diġitali u tassigura li kull negozju fl-Ewropa jkun jista’ jibbenefika
b’mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali.
Aħna sibna li l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea
kienet ibbażata fis-sod u appoġġata mill-Istati Membri, iżda kellha influwenza limitata fuq listrateġiji
tal-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna, u ma kellhiex informazzjoni dwar l-eżiti
intenzjonati. Il-Kummissjoni wettqet bosta attivitajiet għall-appoġġ tal-istabbiliment u l-operat tal-
Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs) fl-Istati Membri. Madankollu, id-DIHs irċevew appoġġ limitat
mill-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna.
Livelli tajbin ta’ konnettività broadband huma prerekwiżit għad-diġitalizzazzjoni. Fi snin reċenti sar
progress sinifikanti, iżda mhux l-Istati Membri kollha x’aktarx li jilħqu l-miri tal-UE għall-2020
rigward il-broadband, u l-ilħuq tal-miri għall-2025 se jkun saħansitra aktar diffikultuż.
Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tieħu azzjoni ulterjuri rigward
il-finanzjament, il-monitoraġġ, id-DIHs u l-konnettività broadband