Fil-proċedimenti tal-antitrust proprji tagħha, il-Kummissjoni tinforza r-regoli dwar
il-kompetizzjoni tal-UE, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni
(NCAs). Il-Kummissjoni hija responsabbli wkoll mir-rieżaminar ta’ fużjonijiet ta’
kumpaniji li huma sinifikattivi għas-suq intern tal-UE.
F’dan l-awditu, aħna eżaminajna kemm il-Kummissjoni kienet effettiva flidentifikazzjoni
u fl-infurzar ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE rigward ilfużjonijiet
u l-antitrust, u kif kienet ikkooperat mal-NCAs. Analizzajna wkoll kif il-
Kummissjoni vvalutat u rrappurtat il-prestazzjoni proprja tagħha.
Aħna sibna li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni indirizzaw it-tħassib dwar ilkompetizzjoni.
Iżda minħabba riżorsi limitati, il-kapaċitajiet għall-monitoraġġ tasswieq
u l-identifikazzjoni proprja tal-każijiet tal-antitrust kienu limitati. Linvestigazzjonijiet
kienu kumplessi minħabba ammonti dejjem jiżdiedu ta’ data li
trid tiġi pproċessata u t-tfaċċar ta’ swieq diġitali, u għadhom ma ġewx indirizzati
l-isfidi kollha. Il-kooperazzjoni mal-NCAs kienet tajba, iżda ċerti aspetti jistgħu
jibbenefikaw minn koordinazzjoni aħjar. Barra minn hekk, jeħtieġ li jsir titjib filmod
kif il-Kummissjoni tivvaluta il-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħha u
tirrapporta dwarha.
Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet bl-għan li jgħinu lill-Kummissjoni biex
ittejjeb il-kapaċità tagħha fl-identifikazzjoni u fl-infurzar ta' ksur tar-regoli talkompetizzjoni,
biex tikkoopera aktar mill-qrib mal-NCAs, u biex ittejjeb irrappurtar
dwar il-prestazzjoni.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.