Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb;Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5
5 MB
11/11/2020
L-UE għandha, b’mod predominanti, sistema bbażata fuq self għal
finanzjament tal-ekonomija reali u għalhekk isserraħ ħafna fuq ilbanek.
Biex tindirizza dan, fl-2015 il-Kummissjoni nediet Pjan ta’
Azzjoni dwar il-Bini tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) sabiex
trawwem l-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-UE u l-integrazzjoni
tagħhom u biex tiżgura sorsi alternattivi ta’ finanzjament għannegozji,
l-SMEs fost oħrajn. Il-Pjan ta’ Azzjoni kien jinkludi għadd
ta’ miżuri, li ħafna minnhom jirrikjedu kooperazzjoni bejn ilparteċipanti
tas-swieq, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej.
B’mod ġenerali, aħna sibna li l-Kummissjoni għamlet passi żgħar
lejn l-għan tagħha li tibni s-CMU, iżda sa issa ma kinitx kapaċi
tikkatalizza progress sostanzjali bil-miżuri li setgħet tieħu fi ħdan
il-mandat tagħha. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni
tipproponi azzjonijiet immirati tajjeb biex tiffaċilita aktar l-aċċess
tal-SMEs għas-swieq kapitali, trawwem swieq kapitali lokali aktar
profondi u integrati aħjar, tindirizza l-ostakli transfruntieri
ewlenin għall-investiment, tiddefinixxi objettivi speċifiċi u miżuri
kritiċi, kif ukoll tiżviluppa sistema għall-monitoraġġ talimplimentazzjoni
tas-CMU.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.