Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 05/2021: Infrastruttura għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi: Aktar stazzjonijiet għall-iċċarġjar iżda vjaġġar ikkumplikat madwar l-UE minħabba l-installazzjoni irregolari tagħhom

Maltese icpdf.png 3 MB
13/04/2021

L-objettiv tal-awditu tagħna kien li tiġi ddeterminata l-effettività tal-appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni għall-installazzjoni fl-UE kollha ta’ infrastruttura għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi aċċessibbli għall-pubbliku.

Aħna sibna li minkejja s-suċċessi bħall-promozzjoni ta’ standard komuni fil-livell tal-UE għall-plakek, u t-titjib tal-aċċess għal networks differenti tal-iċċarġjar, għad hemm ostakli għall-ivvjaġġar b’vetturi elettriċi madwar l-UE. Id-disponibbiltà tal-istazzjonijiet tal-iċċarġjar tvarja minn pajjiż għall-ieħor, is-sistemi ta’ pagament mhumiex armonizzati b’rekwiżiti minimi u ma hemmx informazzjoni adegwata f’ħin reali għall-utenti. Fin-nuqqas ta’ analiżi komprensiva tad-distakk fl-infrastruttura, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżgura li l-finanzjament mill-UE jmur fejn huwa l-aktar meħtieġ. L-UE għadha ’l bogħod ħafna mill-mira li stabbiliet taħt il-Patt Ekoloġiku, jiġifieri li tilħaq 1 000 000 punt tal-iċċarġjar sal-2025, u ma għandhiex pjan direzzjonali strateġiku kumplessiv għall-elettromobbiltà.

Aħna għamilna għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea bħala għajnuna għat-titjib fl-installazzjoni madwar l-UE ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.