Specific annual report|59c5cf99-afbc-4088-a148-9a255854c7c1;Specific annual report on agencies|a7308cc9-0ad1-48ab-85e2-115cec5bfd1e
-->
Rapport Annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020

Maltese icpdf.png 10 MB
29/10/2021

​​Fl-awditu annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2020, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ikkonkludiet li l-aġenziji tal-UE fi Stati Membri differenti adattaw tajjeb għas-sitwazzjoni bla preċedent ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. L-awdituri kkonfermaw li l-ġestjoni finanzjarja tal-aġenziji hija f’qagħda tajba, bħal fi snin preċedenti, u ma ġietx affettwata b’mod estrem millpandemija. Għad hemm nuqqasijiet fil-kontrolli interni ta’ xi wħud mill-aġenziji, u d-dgħufijiet filproċeduri ta’ akkwist pubbliku għadhom is-sors prinċipali ta’ irregolaritajiet. Il-pandemija wkoll ma għenitx il-progress fil-ġestjoni baġitarja u dik tar-riżorsi umani. Fl-2020, xi wħud mill-aġenziji ltaqgħu ma’ restrizzjonijiet f’dawn l-oqsma.