Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 26/2021: Regolarità tal-infiq fil-politika ta’ Koeżjoni tal-UE: Il-Kummissjoni tiddivulga, kull sena, livell ta’ żball stmat minimu li mhuwiex finali

Maltese icpdf.png 1 MB
23/11/2021

​​Il-politika ta’ Koeżjoni tirrappreżenta waħda mill-akbar partijiet mill-baġit tal-UE. Huwa wkoll qasam ta’ politika, fejn aħna nqisu li r-riskju ta’ nefqa irregolari huwa għoli. Għalhekk, livell ta’ żball stmat li jkun rilevanti u affidabbli fin-nefqa fil-qasam tal-Koeżjoni huwa element ewlieni għad-divulgazzjoni u l-monitoraġġ mill-Kummissjoni ta’ jekk in-nefqa f’dan il-qasam ta’ politika kinitx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet legali. Is-sejbiet tagħna jwassluna biex nikkonkludu li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati li ġew ippubblikati fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorati Ġenerali rilevanti u fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Kummissjoni jirrappreżentaw livell ta’ żball minimu u mhumiex finali. Dan huwa minħabba l-kopertura limitata mill-Kummissjoni, kemm tal-programmi operazzjonali kif ukoll tal-operazzjonijiet permezz tal-awditi tal-konformità tagħha, il-limitazzjonijiet inerenti tal-analiżijiet tagħha mhux fuq il-post, u problemi relatati max-xogħol tal-awditjar tagħha.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.