Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 25/2021: L-appoġġ tal-FSE għall-ġlieda kontral-qgħad fit-tul: Jeħtieġ li l-miżuri jkunu mmirati, imfassla u mmonitorjati aħjar

Maltese icpdf.png 5 MB
08/12/2021

Il-qgħad fit-tul jista’ jkollu konsegwenzi severi għall-individwi kkonċernati, u impatt negattiv fuq it-tkabbir u l-finanzi pubbliċi. L-UE identifikat għadd ta’ risponsi ta’ politika biex tkopri l-qgħad fit-tul. Matul il-perjodu 2014-2020, il-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” ffinanzjati permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) laħqu bosta persuni qiegħda fit-tul, iżda ma kinux immirati speċifikament lejhom. Barra minn hekk, dawn il-miżuri tal-FSE ma kinux dejjem adattati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni qiegħda fit-tul. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tinsisti li l-Istati Membri jimmiraw speċifikament persuni qiegħda fit-tul u l-ħtiġijiet tagħhom permezz tal-appoġġ tal-FSE+ 2021-2027, li l-miżuri japplikaw approċċ individwalizzat għall-persuni qiegħda fit-tul, u li l-Kummissjoni tevalwa l-effettività tal-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” għalihom.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.