Review|1149db91-ec84-40c2-9113-0340f5d5d3cf
2 MB
31/01/2022
Dan ir-rapport jivvaluta kif it-taxxi fuq l-enerġija,
l-ipprezzar tal-karbonju u s-sussidji fuq l-enerġija
huma konformi mal-objettivi klimatiċi tal-UE.
It-tassazzjoni fuq l-enerġija tista’ tappoġġa
l-isforzi klimatiċi, iżda l-livelli attwali tat-taxxa
ma jirriflettux il-punt sa fejn is-sorsi differenti
tal-enerġija jniġġsu. Is-sussidji fuq l-enerġija
rinnovabbli żdiedu kważi erba’ darbiet matul
il-perjodu 2008-2019, filwaqt li s-sussidji fuq
il-fjuwils fossili baqgħu stabbli. Hemm 15-il
Stat Membru li jonfqu aktar fuq is-sussidji fuq
il-fjuwil fossili milli fuq is-sussidji fuq l-enerġija
rinnovabbli. F’nofs l-2021, il-Kummissjoni
ppubblikat proposta biex tiġi riveduta d-Direttiva
dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija. Ir-rapport
tagħna jiddeskrivi l-isfidi li jiffaċċjaw dawk li
jfasslu l-politika meta jaġġornaw il-politiki dwar
it-tassazzjoni u s-sussidji fuq l-enerġija: l-iżgurar
tal-konsistenza tat-tassazzjoni fuq l-enerġija fissetturi
u fil-vetturi kollha tal-enerġija; it-tnaqqis
tas-sussidji fuq il-fjuwils fossili u r-rikonċiljazzjoni
tal-objettivi klimatiċi mal-ħtiġijiet soċjali.