Dawn ir-rapporti tal-attività jagħtu rendikont annwali tax-xogħol tal-QEA.
Ir-rapport “L-attivitajiet li wettaqna" jagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati u l-kisbiet ewlenin tal-QEA matul is-sena, u jiddeskrivi l-iżviluppi prinċipali fl-ambjent tal-awditjar tagħha u kwalunkwe bidla fil-mod li bih hija organizzata l-istituzzjoni.
Ir-rapport tal-attività tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega fih informazzjoni dwar kif il-QEA timmaniġġja r-riżorsi tagħha u kif tuża s-sistemi ta' kontroll intern tagħha. Ir-rapport jipprovdi rendikont tal-maniġment kemm internament kif ukoll esternament, peress li jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtorità baġitarja (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza annwali tal-baġit.
Aħna nirrappurtaw kull sena wkoll dwar il-prattiki u l-imġiba tagħna b'rabta mas-sostenibbiltà. Nagħtu ħarsa ġenerali lejn l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tax-xogħol li nwettqu. Din l-informazzjoni hija disponibbli bħala anness tar-rapport “L-attivitajiet li wettaqna" (għall-2023 u wara) jew bħala rapport separat (għall-2022 u l-2021).