Yes
No

Pubblikazzjonijiet u arkivji tal-QEA

Il-biċċa l-kbira mill-pubblikazzjonijiet tal-QEA huma disponibbli fuq is-sit web tagħna.

L-arkivji tal-QEA fihom ir-rapporti u l-opinjonijiet kollha tal-istituzzjoni mill- ’il hawn. Kopji stampati ta’ dokumenti li ġew ippubblikati sal- ġew ittrasferiti ġewwa l-inventarju tagħna fl-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea f’Firenze.

Librerija tal-QEA

Il-Librerija tal-QEA hija primarjament għall-użu tal-persunal tal-QEA, iżda hija miftuħa wkoll għall-persunal mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u, fuq talba, għal riċerkaturi esterni. Il-kollezzjoni għandha firxa wiesgħa ta’ pubblikazzjonijiet dwar l-awditjar, il-kontabbiltà, id-dritt tal-UE u l-oqsma ta’ politika tal-UE. Hija tinkludi kotba, perjodiċi, servizzi għall-istampa, xogħlijiet ta’ referenza u bażijiet ta’ data f’format elettroniku u stampat. Jista’ jsir tiftix online dwar il-kollezzjoni sħiħa bl-użu tal-għodda pubblika BibliotECA Discovery(opens in new window).

Aċċess għad-dokumenti

Il-QEA tistinka biex tkun ta’ servizz għaċ-ċittadini tal-UE, u twettaq l-attività tagħha sal-ogħla standards possibbli tat-trasparenza, tal-obbligu ta’ rendikont, u tal-integrità.

Bażi legali

Talbiet għal aċċess għad-dokumenti jiġu ttrattati skont il-prinċipju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u l-prinċipju tat-trasparenza, u skont id-Deċiżjoni Nru 37-2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-QEA. (opens in new window)

Talbiet għal aċċess

(opens in new window)

Talbiet għal aċċess għad-dokumenti jenħtieġ li jintbagħtu permezz tal-f​ormola ta’ kuntatt(opens in new window) tagħna, u jistgħu jinkitbu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

Ipproċessar tat-talbiet

Kull talba tiġi vvalutata bir-reqqa fi żmien xahar minn meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata. Id-deċiżjoni li jiġi permess/rifjutat l-aċċess se jiddependi, pereżempju, minn jekk hemmx ħtieġa ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku jew min-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni dwar l-awditjar.

Appell

Jekk jiġi rifjutat l-aċċess għal dokument mitlub, l-applikant jista’ jissottometti appell bil-miktub (“applikazzjoni konfermatorja”) lill-President tal-QEA, fi żmien xahar minn meta jirċievi r-risposta tal-QEA, biex jitlob lill-QEA terġa’ tqis il-pożizzjoni tagħha. Fi żmien massimu ta’ xahar mir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni konfermatorja, il-QEA għandha jew tagħti aċċess għad-dokument mitlub jew inkella tirrifjutah.

Referenzi legali oħra

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea(opens in new window): l-Artikolu 1(2) dwar il-proċess ta’ ħolqien ta’ għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli tal-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(opens in new window): l-Artikolu 15(1) dwar it-trasparenza fix-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-UE; l-Artikolu 15(3) dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti

It-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE(opens in new window): L-Artikolu 42 dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti.

Links utli