No
No

Ir-Regolament Finanzjarju huwa t-test bażiku li jistabbilixxi l-prinċipji u l-proċeduri għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, u għall-iskrutinju tal-finanzi tal-UE. 

Baġit tal-QEA

Il-QEA hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-baġit tagħna jirrappreżenta inqas minn 0.1 % tal-infiq totali tal-UE u 1.5 % tal-infiq amministrattiv totali.

Tista' ssib deskrizzjoni tal-baġit tagħna u kif nimplimentawh fir-Rapport tal-attività tal-QEA.

Rapporti mill-awditur estern dwar il-kontijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-kontijiet annwali tagħna jitfasslu mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-QEA u jiġu awditjati fuq bażi annwali minn awditur estern.

Il-kontijiet annwali awditjati flimkien mar-rapporti tal-awditur estern jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea għal skopijiet ta' konsolidazzjoni, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-baġit tagħna u jispjega l-avvenimenti li kellhom impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tagħna. Ir-rapport jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Rapport tal-uffiċċjal awtorizzanti b’delega

Dan ir-rapport fih informazzjoni dwar kif nimmanniġjaw ir-riżorsi tagħna, u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern tagħna. Ir-rapport jipprovdi obbligu ta' rendikont tal-maniġment kemm internament fi ħdan il-QEA kif ukoll esternament lill-awtoritajiet baġitarji.

Ir-rapport jinħareġ kull sena mis-Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 74(9) tar-Regolamenti Finanzjarju; jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza annwali tal-baġit.

Dikjarazzjoni ambjentali

IIl Qorti ħadet l impenn li tkun istituzzjoni sostenibbli u, f’dan il kuntest, ilha diversi snin tintensifika l isforzi tagħha biex timminimizza l impatt ambjentali tagħha. 

Aħna nikkalkulaw l impronta tal karbonju tagħna kull sena u nipparteċipaw fl Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal UE. Iċ-ċertifikazzjoni tal EMAS ksibnieha f’Marzu 2017 u implimentajna b’suċċess sistema ta’ ġestjoni ambjentali f’konformità mad dispożizzjonijiet tal istandard ISO 14001 u mar Regolament (KE) 1221/2009 dwar l EMAS, kif emendat bir Regolament (UE) 2017/1505.

Links relatati

Rapporti dwar is sostenibbiltà

Is‑sostenibbiltà tmur ferm lil hinn mis‑sempliċi ekoloġizzazzjoni. Hija sserraħ fuq fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, imġiba etika u governanza tajba. Huwa għalhekk li integrajna dawn il‑valuri fil‑kultura organizzattiva tagħna.

L‑impenn tagħna favur is‑sostenibbiltà huwa rifless fil-ħidma tagħna għal governanza tajba u għall‑obbligu ta' rendikont, li permezz tagħhom infittxu li niżguraw li l‑fondi pubbliċi jintużaw b'mod effiċjenti u effettiv, li huma prinċipji fundamentali tas‑sostenibbiltà.

Aħna nirrappurtaw kull sena dwar il-prattiki u l-imġiba tagħna b'rabta mas-sostenibbiltà. Din l-informazzjoni hija disponibbli bħala anness tar-rapport “L-attivitajiet li wettaqna" (għall-2023 u wara) jew bħala rapport separat (għall-2022 u l-2021).

Links relatati

Servizz tal-Awditjar Intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-QEA nħoloq fl-2002, wara riforma amministrattiva u fi ħdan il-qafas tar-Regolament Finanzjarju Nru 1605/2002 il-ġdid li introduċa l-prinċipju tal-"ġestjoni finanzjarja tajba".

Il-ħatra u l-funzjoni tal-awditur intern huma stabbiliti fl-Artikoli 117 sa 122 tar-Regolament Finanzjarju Nru 2018/1046. 

L-IAS għandu indipendenza kompleta fit-twettiq tal-awditi tiegħu, li jkopru l-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istituzzjoni. Huwa għandu aċċess sħiħ u mingħajr limiti għall-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex iwettaq ix-xogħol tiegħu.

Kull sena, il-QEA tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun fih sommarju tal-għadd u t-tip ta' awditi interni li jkunu twettqu, tar-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u tal-azzjoni li tkun ittieħdet dwar dawk ir-rakkomandazzjonijiet. 

Kumitat tal-Awditjar Intern

Għandna wkoll Kumitat tal-Awditjar li huwa responsabbli mill-kwistjonijiet ta’ awditjar intern. Il-Kumitat huwa magħmul minn Membri tal-QEA u minn figura esterna.

Il-membri attwali tal-Kumitat tal-Awditjar Intern huma:

Marek OPIOŁA

Membru tal-QEA

François-Roger CAZALA

Membru tal-QEA

Katarína KASZASOVÁ

Membru tal-QEA

Paul KOECHLIN

Espert Estern

Links relatati