L-informazzjoni fuq dan is-sit hija suġġetta għal dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà u għad-drittijiet tal-awtur.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
Aħna nippruvaw inżommu s-sit web tagħna mill-aktar aġġornat u preċiż possibbli, u se nippruvaw nikkoreġu kwalunkwe żball li jinġieb għall-attenzjoni tagħna. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ma taċċettax responsabbiltà għal kwalunkwe materjali li jidher fuq is-sit.
B’mod partikolari:
- l-informazzjoni fuq dan is-sit ma tikkostitwix parir professjonali jew legali;
- il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma tassumi l-ebda responsabbiltà għall-użu ta’ data jew informazzjoni disponibbli fuq dan is-sit web. Għaldaqstant, l-utenti huma avżati li jieħdu kull prekawzjoni meħtieġa qabel jużaw tali data, li huma jużaw għar-riskju proprju tagħhom;
- l-informazzjoni disponibbli fuq dan is-sit tista’ tkun ikkollegata ma’ siti esterni li s-servizzi tal-Qorti tal-Awdituri ma għandhomx kontroll fuqhom u li għalihom il-Qorti tal-Awdituri ma tassumi ebda responsabbiltà.
Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur
© Unjoni Ewropea,
-
Aqra l-politika dettaljata tagħna dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni ppubblikata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor – pereżempju, f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur – il-kontenut tal-QEA huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li inti tista’ terġa’ tuża mill-ġdid jekk trid, dment li tagħti kreditu xieraq lill-QEA bħala s-sors. Jekk tagħmel xi tibdil fil-kontenut, trid tindikah b’mod ċar. Barra minn hekk, ma tistax tbiddel is-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza ta’ użu mill-ġdid.
Ċertu kontenut huwa suġġett għal aktar restrizzjonijiet. Pereżempju, jekk trid terġa’ tuża dokument li jkun fih ritratti tal-persunal tagħna, inti meħtieġ titlob il-permess tagħna l-ewwel.
Il-politika tagħna dwar l-użu mill-ġdid tkopri biss il-kontenut li għalih għandna d-drittijiet tal-awtur. Biex tuża mill-ġdid materjal li huwa l-proprjetà ta’ xi ħadd għajr aħna, trid iġġib il-permess mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur direttament. Dan japplika b’mod partikolari għal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati u logos li jidhru fuq is-sit tagħna.
Is-sit web jista’ jkun fih ħoloq għal siti web oħra. Aħna m’għandna l-ebda kontroll fuq siti ta’ partijiet terzi li jkollhom rabta ma’ tagħna, allura jenħtieġ li tirrieżamina l-politiki ta’ privatezza u drittijiet tal-awtur tagħhom separatament.
Użu tal-logo tagħna
Ma tistax tuża mill-ġdid il-logo tagħna mingħajr ma l-ewwel tikseb il-permess tagħna.
Politika ta’ privatezza
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija impenjata li tipproteġi l-privatezza tal-utenti u l-protezzjoni tad-data personali . Din il-
politika ta’ privatezza tispjega kif aħna nipproċessaw id-data personali fi ħdan id-dominju
eca.europa.eu. Inti tista’ ssib ukoll stqarrijiet ta’ privatezza speċifiċi f’qiegħ il-paġna.