No
No
 

Sa mill-ħolqien tagħha, il-QEA ppromwoviet b’mod konsistenti l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-Istati Membri tal-UE.

Kooperazzjoni bilaterali fl-awditu tal-fondi tal-UE

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jeħtieġ lill-QEA u lill-korpi tal-awditjar nazzjonali tal-Istati Membri jikkooperaw fi spirtu ta' fiduċja, filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom. Il-kooperazzjoni bejn is-SAIs tal-Istati Membri tal-UE u l-QEA tmur lura għall-bidu tal-eżistenza tal-Qorti fl- , u żdiedet matul is-snin.

Kooperazzjoni multilaterali fil-livell tal-Kumitat ta’ Kuntatt

Il-QEA tikkoopera b’mod attiv mas-SAIs tal-Istati Membri tal-UE permezz tal-qafas tal-Kumitat ta' Kuntatt.
Il-Kumitat ta’ Kuntatt huwa assemblea tal-Kapijiet ta’ SAIs tal-UE u tal-QEA, u jiltaqa’ kull sena. Huwa jipprovdi forum għal kooperazzjoni u skambju ta’ għarfien u esperjenza professjonali dwar l-awditjar tal-fondi tal-UE u kwistjonijiet oħra relatati mal-UE. Jinżammu kuntatti ta’ kuljum permezz ta’ uffiċjali ta’ kollegament maħtura minn kull istituzzjoni. Gruppi ta’ ħidma, networks u task forces jintużaw biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ pożizzjonijiet u ta’ prattiki komuni.

 

Network ta’ Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Pajjiżi Kandidati u tal-Pajjiżi Kandidati Potenzjali

Il-QEA tikkoopera mas-SAIs ta’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE biex tiffaċilita skambji regolari ta’ informazzjoni, tiżviluppa metodoloġiji tal-awditjar u tippromwovi taħriġ professjonali. Dan isir fi sħubija mas-SIGMA (Appoġġ għal Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni), inizjattiva konġunta tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-UE.

L-istrument prinċipali għall-kooperazzjoni huwa n-Network tas-SAIs ta’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, li jopera b'mod simili għall-Kumitat ta’ Kuntatt. Matul is-snin, huwa kien jinvolvi laqgħat perjodiċi tal-Kapijiet tas-SAIs u tal-uffiċjali ta’ kollegament, kif ukoll gruppi ta’ ħidma, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma u awditi paralleli. L-għan prinċipali huwa l-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta’ metodi u tekniki tal-awditjar f’konformità mal-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki tal-UE.

network  

Links relatati