Yes
No

L-UE tħaddem politika ta’ kummerċ u investiment li permezz tagħha tmexxi r-relazzjonijiet ekonomiċi tagħha ma’ partijiet oħra tad-dinja. Fi ħdan is-suq uniku tal-UE – li jinkludi l-kunċett ta’ kummerċ ħieles fl-oġġetti u s-servizzi fil-fruntieri interni tal-UE – l-Istati Membri qablu li jallinjaw ir-regoli tagħhom għall-intaxxar ta’ oġġetti u servizzi f’unjoni doganali. L-UE tassisti wkoll lill-Istati Membri bl-allinjament tal-politiki ekonomiċi tagħhom u l-livelli tagħhom ta’ taxxa korporattiva u fuq id-dħul.​