Yes
No

​Aħna impenjati li nindirizzaw l-isfidi relatati mal-klima u l-ambjent, kemm fix-xogħol tal-awditjar tagħna kif ukoll bħala impjegatur. Nemmnu li kull qatra tgħodd, u li kull azzjoni għandha rwol dirett fil-bini ta’ dinja aktar sostenibbli.

Xi eżempji tal-inizjattivi ambjentali tagħna huma deskritti hawn taħt:


  • Klabb tat-trobbija tan-naħal għall-persunal tal-QEA li jieħu ħsieb id-doqqajs ġewwa l-bini tal-QEA, li jippermetti lill-persunal jikseb esperjenza prattika fit-trobbija tan-naħal. L-għasel li jiġi prodott jintuża prinċipalment għal skopijiet ta’ rappreżentanza korporattiva.


  • Komunità ta’ ġardinara tal-QEA li tieħu ħsieb il-ħammiela tal-fjuri u l-irqajja’ tal-ħxejjex fil-bini tal-QEA. Il-komunità toffri wkoll skambji ta’ żrieragħ lill-persunal, bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-bijodiversità u l-permakultura.


  • Kooperazzjoni ta’ erba’ snin ma’ NGO lokali biex jitwettqu attivitajiet ta’ tħawwil ta’ siġar b’mod volontarju fuq biċċa art fil-Lussemburgu.


  • Noffru abbonamenti għall-iskema ta’ kiri ta’ roti “vel’OH!” tal-Belt tal-Lussemburgu lill-persunal tagħna.


  • Biex tnaqqas l-użu tal-plastik, il-QEA tipprovdi lill-persunal tagħha b’kaxxi għall-ikel u fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw, għall-ikel take-away u għall-ilma tajjeb għax-xorb.

  • EMAS - Performance, Credibility, Transparency. Verified environmental management

    Il-QEA tieħu sehem fl-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-UE, għodda ta’ mmaniġġjar għall-evalwazzjoni, ir-rappurtar dwar u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Biex tiskopri aktar dwar l-EMAS fil-QEA, żur din il-paġna.