Yes
No

​Il-QEA hija bbażata l-Lussemburgu, u għandha madwar 900 membru tal-persunal. Aħna istituzzjoni tal-UE fuq skala umana: dan jiffaċilita l-integrazzjoni, jagħti lok għal interazzjoni aktar faċli, u jinkoraġġixxi l-ħidma f’tim. Fil-QEA, nagħtu każ tal-benesseri tal-membri tal-persunal tagħna. Nistinkaw biex noħolqu ambjent tax-xogħol fejn il-persunal tagħna jħossu fdat, apprezzat u mmotivat.


  • Il-bini tagħna, tliet binjiet fuq sit wieħed, joffri ambjent tax-xogħol fiżiku li huwa modern, kollaborattiv, sikur u li jirrispetta l-ambjent. Il-bini tagħna huwa mgħammar bil-faċilitajiet kollha meħtieġa biex nagħmlulek ħajtek aktar faċli u aktar pjaċevoli (kantins, faċilitajiet għall-isport, kamra għall-familja, eċċ). Nipprovdu lill-persunal tagħna bl-għodod tal-IT u l-infrastruttura kollha li jeħtieġu biex jaħdmu b’mod flessibbli u effettiv.

  • Il-mod kif naħdmu jikkombina preżenza fiżika fuq il-post tax-xogħol u telexogħol, inkluż (għal għadd limitat ta’ jiem kull sena) minn barra l-post tal-impjieg. Noffru wkoll xejriet tax-xogħol flessibbli.


Noffru rimunerazzjoni kompetittiva u pakkett komprensiv ta’ benefiċċji li jinkludi l-liv u skema tal-pensjoni, kopertura dinjija ta’ assigurazzjoni medika għall-persunal u għad-dipendenti tagħhom, kif ukoll assigurazzjoni tal-ħajja u kontra l-invalidità. Is-salarji bażiċi huma stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. L-informazzjoni dwar is-salarji hija disponibbli hawnhekk(opens in new window).

Ċerti allowances (tal-espatrijazzjoni, tal-familja u tat-tfal) jistgħu jiġu miżjuda mas-salarju bażiku, skont is-sitwazzjoni individwali u ċ-ċirkustanzi familjari tal-membru tal-persunal. Is-salarju gross huwa eżentat mit-taxxa nazzjonali, iżda huwa suġġett għat-taxxa tal-UE u għal imposta ta’ solidarjetà.

Il-membri tal-persunal huma intitolati għal mill-anqas 24 jum ta’ liv annwali minbarra festi pubbliċi.