Yes
No

​​Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jinsab fil-qalba tal-Ewropa u huwa wieħed mill-membri fundaturi tal-Unjoni Ewropea. Flimkien ma’ Brussell u Strasburgu, il-Lussemburgu hija d-dar fejn tnisslu diversi Istituzzjonijiet tal-UE.

Il-belt kapitali tagħha, il-Belt tal-Lussemburgu, twaqqfet fis-sena 963. Illum, il-belt saret metropoli finanzjarja prospera b’ekonomija b’saħħitha mogħnija b’forza tax-xogħol internazzjonali u multilingwi. Ara hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-ħajja u l-integrazzjoni fil-Lussemburgu.

Il-konjuġi u s-sħab kollha tal-impjegati tal-QEA jistgħu jibbenefikaw ukoll mill -kollaborazzjoni tagħna mal-IDCN tal-Lussemburgu.


Fil-qalba tal-Ewropa:

Il-Lussemburgu jinsab f’salib it-toroq bejn Franza, il-Belġju u l-Ġermanja. Għandu konnessjonijiet tajjeb ħafna mal-pajjiżi ġirien tiegħu.


Belt kosmopolitana:

Il-Lussemburgu hija belt internazzjonali, vivaċi u multikulturali li ħafna ħaddiema żgħażagħ jagħżlu bħala punt tat-tluq għall-karrieri tagħhom. Għandha popolazzjoni ta’ kważi 122 500, li minnhom 70 % huma barranin li ġejjin minn aktar minn 160 pajjiż differenti. Hemm tliet lingwi uffiċjali: il-Lussemburgiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. L-Ingliż huwa wkoll mitkellem f’livell wiesa’.


Kwalità għolja tal-ħajja:

bl-ispazji pubbliċi kbar miftuħa tagħha, il-parks spazjużi u l-infrastruttura tajba tagħha, il-Lussemburgu hija waħda mill-bliet l-aktar abitabbli fid-dinja.


Ħajja kulturali:

il-Gran Dukat għandu firxa wiesgħa ta’ offerti u attivitajiet kulturali. Minbarra għeliem storiċi, għandu madwar 60 mużew, li 7 minnhom jinsabu fil-Belt tal-Lussemburgu, swali tal-kunċerti emblematiċi, teatri u swali taċ-ċinema.


Ħajja tal-familja:

Il-Lussemburgu huwa pajjiż favur il-familja. Il-familji jistgħu jibbenefikaw minn servizzi ta’ kwalità għolja għall-indukrar tat-tfal, u sistema effettiva tas-sigurtà soċjali. Is-sistema tal-iskejjel tal-Gvern hija mingħajr ħlas, iżda hemm ukoll skejjel privati u internazzjonali fejn jitħallsu tariffi, inklużi l-Iskejjel Ewropej.


Trasport pubbliku mingħajr ħlas:

Mill-2020 ’il hawn, it-trasport pubbliku fil-Lussemburgu kollu kien u għadu mingħajr ħlas, għal kulħadd.