Għalfejn il-membri tal-persunal tagħna huma entużjasti li jaħdmu mal-QEA? Għax...
Hija opportunità eċċellenti biex tiġi segwita karriera internazzjonali fl-awditjar tas-settur pubbliku, u f’oqsma oħra.
Huma parti mill-istituzzjoni Ewropea li nħolqot biex tissalvagwardja l-finanzi tal-UE.
Jaħdmu f’ambjent multikulturali u multilingwi ma’ kollegi professjonali mill-Istati Membri kollha tal-UE.
Jikkontribwixxu biex l-UE taħdem aħjar u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jiksbu valur għal flushom.
Il-persunal tal-QEA jinkludi taħlita ta’ professjonijiet: awdituri, naturalment, iżda wkoll tradutturi, avukati, speċjalisti tar-riżorsi umani, arkivisti u librara, tobba, esperti tal-komunikazzjoni, xjentisti tal-kompjuter u tad-data, speċjalisti fil-loġistika u fis-sigurtà, u assistenti amministrattivi.
Prinċipalment nirreklutaw
uffiċjali (maħtura għal perjodu indefinit) permezz ta’ kompetizzjonijiet li jiġu organizzati mill-
Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). Minn żmien għal żmien, nimpjegaw ukoll persunal direttament b’kuntratti għal terminu fiss, jiġifieri
aġenti temporanji jew aġenti kuntrattwali, f’liema każijiet nippubblikaw is-sejħa għal espressjoni ta’ interess fuq il-paġna tagħna dwar
opportunitajiet ta’ impjieg. Tliet darbiet fis-sena, ningaġġaw
trainees, fl-oqsma kollha tal-ħidma tagħna; għal aktar informazzjoni, ara l-paġna dwar
traineeships. Għandna wkoll programmi ta’ skambju ma’ korpi nazzjonali tal-awditjar, li jippermettulna nospitaw għadd ta’
esperti nazzjonali sekondati (SNEs) kull sena.
Il-persunal tagħna jinkludi segretarji/skrivani, assistenti, amministraturi u maniġers.
Segretarji/skrivani huma ġeneralment involuti fil-maniġġjar tal-uffiċċju, fis-servizzi tas-sigurtà jew tas-sewqan, u fl-għoti ta’ appoġġ amministrattiv u tekniku.
Assistenti jipprovdu appoġġ eżekuttiv u tekniku f’varjetà ta’ oqsma.
Amministraturi jaħdmu f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà għolja.
Maniġers huma responsabbli għall-istrateġija, il-previżjoni u l-maniġġjar tan-nies.
Il-bażi legali għall-impjieg kollu tinsab fir-
Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
Għal aktar informazzjoni, ara l-
Karta tal-Bilanċ Soċjali tal-QEA.
Links relatati