No
No

“Insaħħu l-fiduċja fl-Unjoni billi nikkontribwixxu għal governanza u reżiljenza mtejba”

L-istrateġija tagħna għall-perjodu 2026-2030

B’dan il-ħsieb f’moħħna, fl-istrateġija pluriennali 2026–2030(opens in new window) tagħna nistabbilixxu għanijiet biex iservu ta’ gwida għal xogħolna. L-istrateġija tagħna tippreżenta l-valuri, il-missjoni u l-viżjoni tagħna, u tispjega fid-dettall kif aħna nippjanaw li nilħqu l-għanijiet strateġiċi tagħna.

Aħna għandna erba’ għanijiet strateġiċi għall-perjodu 2026–2030:

  • intejbu l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-governanza tal-azzjoni tal-UE

  • nipprovdu aċċertament qawwi tal-awditjar dwar il-finanzi tal-UE

  • nimmiraw l-awditi li nwettqu fejn l-aktar li nżidu valur

  • insaħħu l-kapaċità u l-effiċjenza tal-awditjar tagħna

L-istrateġija tagħna dwar l-IA

Fl‑istrateġija tagħna dwar l‑intelliġenza artifiċjali għall‑perjodu 2026–2030, nispjegaw kif qed nippjanaw li nużaw l‑IA biex intejbu l‑kwalità u l‑effiċjenza tal‑proċessi tal‑awditjar tagħna, filwaqt li nżidu l‑kapaċità tagħna li nawditjaw sistemi bbażati fuq l‑IA. Id‑dokument jiddeskrivi l-għanijiet strateġiċi, il‑qafas ta' governanza u l‑azzjonijiet ewlenin meħtieġa biex nappoġġaw l‑adozzjoni responsabbli tal‑IA fl‑organizzazzjoni kollha.​