
Il-QEA hija post mill-aqwa fejn tagħmel traineeship. Se jkollok l-opportunità li taħdem qatigħ fuq affarijiet li verament jagħmlu differenza, u tkun taf li xogħlok se jgħin biex jagħmel differenza għall-futur tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha.
L-għan tal-programmi ta’ traineeship tagħna huwa li l-istudenti u l-gradwati Ewropej ikunu jistgħu jiksbu l-ewwel esperjenza tagħhom ta’ xogħol fl-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa qed naċċettaw applikazzjonijiet għal traineeships fl-oqsma kollha tax-xogħol tagħna: awditjar, traduzzjoni, komunikazzjoni, relazzjonijiet istituzzjonali, servizzi legali, amministrazzjoni ġenerali, ġestjoni tal-librerija, IT u intelliġenza artifiċjali.
Inti se tiġi assenjat(a) superviżur tat-traineeship, li se jgħinek tintegra f’tim u jimmonitorja l-piż tax-xogħol tiegħek.
Bħala trainee fil-qasam tal-awditjar, inti se tkun qed tappoġġa tim ta’ awdituri professjonali huma u janalizzaw l-impatt tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, jissuġġerixxu titjib, jew jivverifikaw hemmx irregolaritajiet finanzjarji. Għandek mnejn saħansitra tintalab issiefer mat-tim tiegħek biex twettaq xogħol tal-awditjar f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. B’hekk ikollok iċ-ċans li tara b’għajnejk kif l-awdituri tal-Unjoni Ewropea jaħdmu fuq il-post.
Fid-dipartimenti li mhumiex tal-awditjar, inti se tingħaqad ma’ wieħed mill-proġetti tagħna li għaddejjin bħalissa u taħdem flimkien mat-tim tal-proġett, taħt is-superviżjoni tal-maniġer tal-proġett jew ta’ membru tat-tim li jkun tal-esperjenza.
Naħdmu flimkien — nitgħallmu flimkien
Se tqatta’ ħafna ħin mat-trainees kollegi tiegħek. It-trainees tal-QEA lkoll jibdew fl-istess jum, fi grupp. L-esperjenza ta’ traineeship flimkien normalment tfisser li t-trainees tagħna jsiru grupp magħqud ħafna. Minbarra l-esperjenza prattika li jiksbu, jiffurmaw ukoll network ta’ kuntatti li jdum ħafna wara li jkun intemm it-traineeship.
Il-programmi ta’ traineeship tagħna
Aħna noffru programmi ta’ traineeship differenti. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-allowance jaf ivarjaw minn wieħed għal ieħor. Jekk jogħġbok kun af li tista’ tapplika għal programmi ta’ traineeship differenti għall-istess sessjoni.
Jekk inti interessat(a) f’dak li għandna x’noffru, u tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà kollha tagħna, għaliex ma tapplikax?
Aħna noffru traineeships lil studenti universitarji u persuni gradwati f’oqsma ta’ studju li huma rilevanti għal xogħolna. L-applikanti li jirnexxu se jkollhom l-opportunità li jqattgħu 6 xhur fil-Lussemburgu, u b’hekk jagħtu kontribut reali għall-ħidma tagħna u jgħinu lill-Unjoni Ewropea taħdem b’mod aktar effettiv.
-
-
-
Sessjonijiet
Hemm żewġ sessjonijiet ta’ traineeships, u jkopru l-perjodi li ġejjin:
- mill- sat- (tal-istess sena kalendarja);
- mill- ta’ sena kalendarja waħda sal- tas-sena ta’ wara.
Allowance
Matul it-traineeship tiegħek, inti se tirċievi allowance ta’ EUR 1 600 fix-xahar. Jaf noffru traineeships mingħajr ħlas jekk inti diġà tirċievi allowance mingħand organizzazzjoni oħra.
Eliġibbiltà
Biex tagħmel traineeship standard magħna, jeħtieġlek:
- tkun ċittadin(a) ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
- tkun lestejt mill-inqas erba’ semestri ta’ studju universitarju f’qasam li huwa rilevanti għal xogħolna;
- ikollok ħakma tajba ħafna ta’ lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.
- ma tkunx ħdimt għal istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe kapaċità, inkluż bħala trainee.
Aħna noffru traineeships fil-qasam tal-IA lil min iggradwa reċentement mill-università jew min qed jagħmel dottorat fl-oqsma tal-IA, ix-xjenza tal-kompjuters, ix-xjenza tad-data, it-teknoloġija tal-informazzjoni, jew dixxiplini simili. Il-kandidati li jirnexxu se jiksbu esperjenza ta’ xogħol diretta u siewja f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea billi jikkontribwixxu għal proġetti fil-qasam tal-IA u oqsma simili.
-
-
-
Sessjonijiet
Hemm sessjoni ta’ traineeship waħda, li tibda fl-1 ta’ April u tispiċċa fit-30 ta’ Settembru (tal-istess sena kalendarja).
Allowance
Matul it-traineeship tiegħek, inti se tirċievi allowance ta’ EUR 2 500 fix-xahar. Jekk diġà tirċievi allowance mingħand entità oħra (eż. università), il-QEA se tagħtik biss id-differenza, sa EUR 2 500.
Eliġibbiltà
Biex tkun eliġibbli għal traineeship fil-qasam tal-IA, jeħtieġlek:
- tkun ċittadin(a) ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
- tkun lestejt l-istudji universitarji ċċertifikati b’diploma (3 snin jew aktar) jew tkun qed tistudja għal dottorat fl-oqsma tal-IA, ix-xjenza tal-kompjuters, ix-xjenza tad-data, it-teknoloġija tal-informazzjoni, jew dixxiplini simili rilevanti għall-proġetti tal-IA;
- ikollok ħakma tajba ħafna ta’ lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra — huwa meħtieġ livell sod tal-Ingliż (livell minimu C1 fil-fehim, fit-taħdit u fil-kitba);
- ma tkunx ħdimt għal istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe kapaċità, inkluż bħala trainee.
Proċedura tal-għażla
Bħala parti mill-applikazzjoni tiegħek, se jkollok tipprovdi:
- CV (fil-format “Europass”);
- ittra ta’ akkumpanjament;
- ittra ta’ rakkomandazzjoni.
Nitolbuk tibgħat id-dokumenti tiegħek lil
ECA-AI-Traineeship@eca.europa.eu sat-30 ta’ Novembru 2025 (nofsillejl, fil-ħin tal-Lussemburgu). Ara “Call for applications — Trainees in the area of artificial intelligence” fit taqsima “Links relatati”.
Aħna nqiegħdu valur kbir fuq l-inklużjoni, u lill-persuni b’diżabilità nipprovdulhom opportunitajiet biex jagħmlu traineeships mal-QEA. Il-Programm ta’ Azzjoni Pożittiva għal trainees b’diżabilità joffri perkors ieħor għal dawk b’indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji li jkunu għal żmien twil.
Il-QEA toffri żewġ pożizzjonijiet ta’ traineeship fis-sena lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea b’diżabilità rikonoxxuta.
Akkomodament raġonevoli
Meta ngħidu “akkomodazzjoni raġonevoli” irridu nfissru miżuri xierqa, meta meħtieġa, li permezz tagħhomu persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jaħdmu fuq l-istess livell ma’ ħaddieħor, dment li dawn il-miżuri ma jpoġġux piż eċċessiv fuq is-servizzi tagħna.
Fuq bażi ta’ każ b’każ, inkunu nistgħu nadattaw it-tagħmir jew il-prattiki skont il-ħtiġijiet tiegħek.
-
-
-
Sessjonijiet
Hemm żewġ sessjonijiet għat-traineeships, u jkopru l-perjodi li ġejjin:
- mill- sat- (tal-istess sena kalendarja);
- mill- ta’ sena kalendarja waħda sal- tas-sena ta’ wara.
Allowance
Matul it-traineeship tiegħek, inti se tirċievi allowance ta’ EUR 2 000 fix-xahar.
Eliġibbiltà
Biex tkun eliġibbli ħalli tapplika għal traineeship skont il-Programm ta’ Azzjoni Pożittiva għal trainees b’diżabilità, jeħtieġlek:
- tkun ċittadin(a) ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
- tkun lestejt mill-anqas erba’ semestri ta’ studju universitarju f’qasam li huwa rilevanti għal xogħolna;
- ikollok ħakma tajba ħafna ta’ lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.
- ma tkunx ħdimt għal istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe kapaċità, inkluż bħala trainee;
- ikollok diżabilità rikonoxxuta.
Bħala parti mill-applikazzjoni, se jkollok tipprovdi
prova tad-diżabilità tiegħek. Din tista’ tkun:
- dokument uffiċjali mingħand awtorità nazzjonali jew kwalunkwe korp akkreditat li jikkonferma d-diżabilità tiegħek, jew
- ċertifikat maħruġ minn tabib fl-aħħar 6 xhur, li jiddikjara d-diżabilità tiegħek u li jikkonferma li, fil-fehma tat-tabib, il-kundizzjoni inkwistjoni hija indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul li, f’interazzjoni ma’ ostakli ta’ xort’oħra, jista’ jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tiegħek fis-soċjetà fuq il-bażi ta’ ugwaljanza ma’ ħaddieħor.
Aħna noffru traineeships lil awdituri mill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar (SAIs) tal-pajjiżi kandidati. Dawn it-traineeships jipprovdu esperjenza prattika fl-integrazzjoni Ewropea u f’kif istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea taħdem fil-prattika ta’ kuljum. Din l-esperjenza għandha tgħin lil dawn is-SAIs huma u jippreparaw għall-adeżjoni ta’ pajjiżhom mal-Unjoni Ewropea.
-
-
-
Sessjonijiet
Hemm żewġ sessjonijiet għat-traineeships, u jkopru l-perjodi li ġejjin:
- mill- sat- (tal-istess sena kalendarja);
- mill- ta’ sena kalendarja waħda sal- tas-sena ta’ wara.
Allowance
Matul it-traineeship tiegħek, inti se tirċievi allowance ta’ EUR 1 800 fix-xahar.
Eliġibbiltà
Biex tkun eliġibbli ħalli tapplika għal traineeship magħna, jeħtieġlek:
- tkun impjegat b’mod attiv mis-SAI ta’ pajjiż li huwa kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea;
- tkun ċittadin(a) ta’ dak il-pajjiż;
- tkun esprimejt interess li tirċievi taħriġ prattiku relatat ma’ wieħed mill-oqsma ta’ attività tal-QEA;
- ikollok ħakma tajba ta’ mill-inqas waħda mil-lingwi ta’ ħidma tal-QEA (l-Ingliż jew il-Franċiż);
- qatt ma tkun għamilt traineeship mal-QEA qabel.
Proċedura tal-għażla
Il-proċedura tal-għażla tiġi organizzata direttament mis-SAIs, li jipproponu kandidati għat-traineeships. Wara intervista mal-QEA, il-kandidati li jirnexxu se jirċievu offerta ta’ traineeship.
Applika hawnhekk
Biex tapplika għat-traineeships standard jew għall-Programm ta’ Azzjoni Pożittiva għal trainees b’diżabilità, ikklikkja “applika”, maġenb is-sessjoni ta’ traineeship miftuħa fit-tabella ta’ hawn taħt. Din se tieħdok għall-formola ta’ applikazzjoni. Tista’ tapplika biss permezz ta’ din il-formola — ma naċċettawx applikazzjonijiet li jintbagħtu b’xi mod ieħor.
Għat-traineeships fil-qasam tal-IA, jekk jogħġbok ibgħat l-applikazzjoni tiegħek lil
ECA-AI-Traineeship@eca.europa.eu. Ara “Call for applications — Trainees in the area of artificial intelligence” fit taqsima “Links relatati”.
Għat-traineeships tas-SAI, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-dipartiment rilevanti tal-istituzzjoni suprema tal-awditjar fejn taħdem inti.