Yes
No

Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-QEA, is-SAIs nazzjonali u korpi professjonali internazzjonali hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-kompiti tal-QEA. Barra minn hekk, il-QEA tistinka biex tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-professjoni tal-awditjar tas-settur pubbliku.

Bħala l-istituzzjoni esterna tal-awditjar tal-UE, il-QEA tirrikonoxxi l-interess għaż-żamma ta' kuntatti tajbin u relazzjonijiet ta' ħidma tajbin ma' organizzazzjonijiet simili madwar id-dinja. Tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp ta' dawn il-kuntatti fl-Ewropa, fuq kollox permezz ta' kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar (SAIs) tal-Istati Membri tal-UE u ta' pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE.

Din il-kooperazzjoni hija marbuta mill-qrib mar-responsabbiltà tal-QEA għall-awditjar tal-fondi tal-UE, li ħafna minnhom huma amministrati minn awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri. Is-SAIs tal-Istati Membri jipprovdu appoġġ prattiku ta' valur lill-QEA matul l-awditi tagħha fuq il-post, li jgħin biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-kompiti tal-QEA. Xi drabi l-QEA tieħu sehem f'awditi kkoordinati ma' SAIs oħrajn.

Il-QEA tapplika standards tal-awditjar tas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment, u l-kooperazzjoni internazzjonali tipprovdi opportunitajiet ta' valur għall-iskambju ta' fehmiet u l-kondiviżjoni tal-esperjenza dwar l-użu tagħhom.

Il-QEA tikkoopera ma’ SAIs oħra prinċipalment permezz:

  • tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-UE;
  • tan-Network tas-SAIs ta’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE; u
  • ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għal istituzzjonijiet tal-awditjar pubbliċi, prinċipalment l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI) u l-organizzazzjoni reġjonali Ewropea tagħha (EUROSAI).

Links relatati