Yes
No

​Rapporti mill-awditur estern dwar il-kontijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-Qorti tal-Awdituri r-responsabbiltà għall-awditjar tad-dħul u l-infiq kollu tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 319 tal-istess Trattat li jikkonċerna l-għoti tal-kwittanza, il-Qorti tal-Awdituri kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha awditjati minn awditur estern kull sena mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987 'il hawn.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti tal-Awdituri fassal fir-rigward tal-kontijiet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 intbagħtu biss lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Skont deċiżjoni li ttieħdet mill-Membri tal-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea minn meta sar ir-rapport dwar is-sena finanzjarja 1992 'il hawn.

Minn meta nħareġ ir-Regolament Finanzjarju għall-2018, il-kontijiet konsolidati biss ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali. Madankollu, il-Qorti tal-Awdituri tkompli tippubblika l-Kontijiet annwali tagħha fuq il-paġna tal-internet tagħha.

Links relatati