Yes
No

​Minbarra li aħna organizzazzjoni moderna u dinamika li tistinka għal u tippromwovi l-eċċellenza, il-professjonaliżmu, it-trasparenza u l-integrità, aħna niddefinixxu lilna nfusna bħala istituzzjoni diversa, flessibbli u ekwa li toffri lil kull individwu l-opportunità li jimmassimizza t-talent tiegħu. Permezz tal-involviment individwali u kollettiv tagħna fl-attivitajiet tal-QEA u l-programm ta’ taħriġ ambizzjuż tagħna, l-għan tagħna huwa li l-QEA ssir post tax-xogħol intellettwalment stimulanti, u organizzazzjoni bbażata fuq it-tagħlim li tiddependi fuq għarfien istituzzjonali u fuq persuni motivati u mħarrġa sew biex jaqdu lill-UE u liċ-ċittadini tagħha.

Tixtieq issir taf aktar dwarna, dwar ir-relazzjonijiet ta’ xogħol differenti fi ħdan il-QEA, dwar l-ambjent tax-xogħol u ta’ żvilupp professjonali tagħna, dwar il-binjiet u l-impenn tagħna lejn il-pjanetà tagħna, dwar il-ħajja fil-Lussemburgu? Jekk iva, nistednuk tagħti ħarsa lejn il-kaxxi hawn taħt.

Stejjer ta’ xhieda:

  • Jekk għandek dak li huwa meħtieġ, mela jekk jogħġbok għinna, applika u għinna mmexxu l-UE aħjar

    Karolina Beneš
  • Jien naħseb li l-Qorti toffri opportunitajiet eċċellenti ta’ taħriġ. Tkun imdawwar ukoll minn ħafna kollegi li għandhom għarfien u li lesti jaqsmuh miegħek

    Kevin Deceuninck
  • Xi ħaġa aktar interessanti li nsib hi li nitgħallem xi ħaġa ġdida kuljum

    Svetoslava Tashkova
  • Fil-Qorti kienu qaluli, u huwa veru, li tista’ verament tesplora oqsma differenti ħafna, u dik togħġobni ħafna

    Nicholas Edwards