Yes
No

Ix‑xenarju finanzjarju tal‑UE żviluppa matul ħafna għexieren ta' snin, u l‑qofol tiegħu huwa l‑baġit tal‑UE. Dan jipprovdi finanzjament għal varjetà wiesgħa ta' oqsma ta' politika, bħall‑biedja, l-iżvilupp ta' żoni rurali u urbani, l‑infrastruttura tat‑trasport, ir‑riċerka, is‑saħħa, il‑migrazzjoni, u l-għajnuna għall‑pajjiżi li qed jiżviluppaw. Jiffinanzja wkoll it‑tmexxija tal‑Istituzzjonijiet u korpi oħra tal‑UE. Il‑baġit annwali tal‑UE jrid iżomm mal‑limiti stabbiliti mill‑pjan ta' nfiq fit‑tul tal‑UE, magħruf bħala l‑qafas finanzjarju pluriennali (QFP). Dan jiddefinixxi l‑ammont massimu ta' flus li jistgħu jintefqu f'kull qasam ta' politika fuq għadd ta' snin. Madankollu, fondi u strumenti oħra tal‑UE ġew stabbiliti barra mill‑baġit tal‑UE u huma ffinanzjati, pereżempju, minn kontribuzzjonijiet diretti mill‑Istati Membri.​